Navigate Up
Sign In

Avviż Legali maħruġ mill-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali dwar leave għall-prokreazzjoni medikament assistita

Reference Number: PR171388, Press Release Issue Date: May 31, 2017
 

 Il-Ministru Helena Dalli ħabbret l-introduzzjoni ta’ leave speċjali għall-ġenituri prospettivi li għaddejjin mill-proċess ta’ prokreazzjoni medikament assistita (IVF).

Permezz ta’ din il-miżura, il-koppja se tkun intitolata għal mitt siegħa leave bi ħlas sħiħ bejniethom li tkun imħallsa mill-prinċipal. Dan il-leave se jingħata sa massimu ta’ tliet proċessi ta’ prokreazzjoni medikament assistita kemm jekk isir Malta jew barra minn Malta.

Dan il-leave se jkun jista’ jintuża fi kwalunkwe ħin matul il-proċess ta’ prokreazzjoni medikament assistita u jinqasam f’sittin siegħa għall-ġenitur prospettiv li se jkun qed jirċievi l-impjant tal-embriju, u erbgħin siegħa għall-ġenitur l-ieħor. Il-leave jista’ jittieħed fl-istess ħin mill-ġenituri prospettivi u jista’ jittieħed f’mod kontinwu jew jitqassam f’sigħat.

Dan il-leave issa huwa aċċessibli għall-koppji taħt Avviż Legali 156 tal-2017 li joħroġ mill-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap 452).