Hon. Dott. Andy Ellul,Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Malta

Hon. Dott. Andy Ellul,Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Malta

Is-segretarju Parlamentari Dr Andy Ellul twieled fil-25 ta’ Marzu 1975.

Huwa gie co-opted fil-Parlament għall-ewwel darba f’Jannar tal-2022. Wara li kkontesta l-elezzjoni b’suċċess f’Marzu 2022, Dr Ellul inħatar bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Djalogu Soċjali fi ħdan l-Ufficju tal-Prim Ministru. Il-Grupp Parlamentari tal-Gvern ħatar ukoll lil Dr Ellul biex iservi bħala Whip.

Qabel il-ħatra tiegħu fil-Kabinett tal-Ministri, l-Onor Ellul ħadem bħala avukat u speċjalizza fil-liġi amministrattiva. Dr Ellul serva wkoll bħala konsulent legali u politiku għall-Gvern, fejn kien involut f’diversi riformi leġiżlattivi, b’mod partikolari fl-isferi soċjali u tal-familja. Kien ukoll Kap tad-delegazzjoni Maltija għall-Kumitat Lanzarote tal-Kunsill tal-Ewropa.

Flimkien mas-sieħba tiegħu Claudia, Dr Ellul għandu tifel, Ganni.

​​