Navigate Up
Sign In

Pjan ta' Riġenerazzjoni għal Birżebbuġa



 

​​Konsultazzjoni mal-Pubbliku

 
 
Mingħand: ​Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura
​​Uffiċċju tal-Prim Ministru
​(GHRC u Projects Plus)
​Ippubblikata: ​10 April 2017
​Tagħlaq: ​1 Settembru 2017
​Aġġornata: ​10 April 2017
 

1.      Sfond

 
Fil-Budget 2017, il-gvern ħabbar li matul is-sena 2017 se jitfassal pjan għar-Riġenerazzjoni ta' Birżebbuġa.
 
Ix-xogħol bi tħejjija għal dan il-pjan qed isir permezz ta’ ħidma konġunta bejn il-Ministeru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura. Għal dan il-għan inħatar kumitat minn Projects Plus u mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) li qed  jistieden lill-pubbliku biex jissottometti l-ideat u s-suġġerimenti tiegħu dwar pjan ta’ riġenerazzjoni għal Birżebbuġa.
 
Bħalissa għaddejjin diversi laqgħat mal-Kunsill Lokali Birżebbuġa kif ukoll ma' diversi stakeholders ewlenin sabiex sa Settembru 2017 jitlesta abbozz ta’ pjan. Dan l-abbozz jiftaħ aktar konsultazzjoni u laqgħat direttament mal-pubbliku.
 
 
3.   Sottomissjonijiet
 
Is-sottomissjonijiet tiegħek jintbagħtu permezz ta' dawn il-mezzi:
 
Billi timla l-formola onlajn li tinsab hawn taħt
 
 
Bil-posta:                Pjan ta’ Riġenerazzjoni għal Birżebbuġa
                    Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC)
                    Block H, Triq Antonio Maurizio Valperga,
                     Floriana

 

Is-sottomissjonijiet għandhom jaslu sal-1 ta' Settembru 2017.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.
 
Formola Onlajn:








Upload Attachment/Ehmeż Dokument: 
  














Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet se jkunu ppubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq ikunux ippubblikati kummenti.
 
Is-sottomissjonijiet riċevuti flimkien mal-identita’ tal-kontributur, se jkunu ippubblikati fuq l-internet, ħlief jekk il-kontributur joġġezzjona li d-data personali m’għandiex tkun ippubblikata għaliex dan jista’ jagħmel ħsara lill-interess leġittimu.  F’dan il-każ is-sottomissjoni tista’ tkun ippubblikata’ taħt isem fittizju. F’każijiet oħra il-kontribuzzjoni mhux se tkun ippubblikata u lanqas fil-prinċipju il-kontenut mhux se jkun ikkunsidrat. Kull oġġezzjoni li tikkonċerna l-pubblikazzjoni tad-data personali għandha tintbgħat e-mail fuq dan l-indirizz elettorniku: onlineconsultations@gov.mt.
 
 
Protezzjoni u Privatezza tad-data – Att Dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap440)
 
L-Att tal-Protezzjoni tad-Data, 2011, jirregola l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma b’mod elettroniku jew manwalment.  Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili jiġbor l-informazzjoni neċessarja li huma intenzjonati biex jaqdu l-funżjonijiet u huma b’tali mod li jikkonformaw mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data hekk kif imniżżla fl-att. Il-verifikazzjoni tan-numru tal-karta ta’ l-identita se jseħħ meta jkun neċessarju. Kull data personali pprovduta se tkun ipproċessata skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-data (Kap 440).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg 
PR170872Proġetti b’eżempju ħaj tal-viżjoni tal-Gvern għar-riġenerazzjoni ta’ lokalitajiet [06.04.2017]